Wednesday, April 17, 2024

Luciano Spalletti b’messaġġ ċar lill-president Aurelio De Laurentiis

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Napoli, Luciano Spalletti, qal li huwa ‘faċli wisq’ għal Aurelio De Laurentiis li jgħid li jrid jirbaħ iċ-Champions League u insista li jkun aħjar li kieku l-president jitkellem miegħu milli mal-ġurnalisti dwar il-futur tiegħu fi Stadio Diego Armando Maradona. 

Huwa qal dan waqt li Napoli qed jiċċelebraw l-ewwel titlu tagħhom tas-Serie A fi 33 sena, it-tielet fl-istorja tal-club, li ntrebħet matematikament bi draw barra minn darhom ta’ 1-1 kontra Udinese nhar il-Ħamis.

Spalletti kiteb l-istorja fit-tieni staġun tiegħu mal-Partenopei.

De Laurentiis segwa l-logħba minn Stadio Maradona li kien eżawrit bil-partitarji li raw il-logħba fuq screen ġgantesk. 

Imbagħad huwa tkellem mal-midja wara l-partita, u qal li l-mira tan-Naplitani issa hija li jirbħu ċ-Champions League u li Spalletti se jibqa’ fl-2023-24.

Il-club irid jestendi l-kuntratt ta’ Spalletti lil hinn minn Ġunju 2023, meta jintemm il-ftehim attwali tiegħu. Il-coach Taljan kien mistoqsi meta ħaseb għall-ewwel darba li seta’ jirbaħ it-titlu dan l-istaġun u jekk jistgħux jimmiraw għaċ-Champions League fil-futur.

“Meta wasalt f’dan il-club, il-mira ewlenija kienet li jintrebaħ l-Iscudetto,” qal Spalletti.

“L-istaġun li għadda, kien hemm mumenti meta konna fit-tellieqa għat-titlu u jien għedt: ‘Nistgħu nagħmluha.’ Imma intom [ġurnalisti] għedtu: ‘Intom esaġerajjtu, għamiltu wisq pressjoni fuq it-team.”

“Din is-sena, qegħdin tgħiduli, li ma kontx nemmen fih [it-titlu] b’differenza minn De Laurentiis, li kien qal dan fil-bidu. Issa, jgħid li jrid jirbaħ iċ-Champions League. 

“Allura jekk jiġri, intom se tgħidu  li hu kien diġá emmen fih u aħna le. Huwa dejjem jimmira lejn il-quċċata … għalih kollox huwa faċli.

“Staqsu lit-team x’għidt fl-ewwel laqgħa kollettiva ta’ dan l-istaġun. Staqsuhom,” kompla jgħid.

“Li tispiċċa t-tielet jew it-tieni ma tagħmel l-ebda differenza. L-istaġun li għadda, wara l-logħba kontra Empoli, ġejna kkritikat minnkom. Ma tiftakrux? 

“Dan l-istaġun kellna mira … li nirbħu … jiem dejjem hekk għidt lill-players, filwaqt li ftit emmnu li saħansitra konna se nispiċċaw mal-ewwel erbgħa.”

Irrispettivament mill-għażla ta’ Napoli fil-kuntratt tagħhom ma’ Spalletti, De Laurentiis mistenni jiltaqa’ mal-coach tiegħu dalwaqt biex jiddiskuti l-futur fil-klabb.

“Dak li għamel il-club, li żamm is-saħħa finanzjarja, wera lill-oħrajn kif jaħdmu b’mod korrett.

Dan il-club rnexxielu jasal sal-quċċata … allura prosit lill kulħadd. Bnejna team tajjeb biex jiġġieldu u li għandu forma ta’ team li jista’ jerġa’ jirbaħ. Dawn il-players għandhom kwalitajiet straordinarji  li iżda jistgħu jitjiebu aktar.

“Fil-jiem li ġejjin se niltaqa’ mal-president biex niddeċiedu l-futur tiegħi,” temm jgħid Spalletti. 

Ekonomija

Sport