Friday, September 13, 2024

Luis De La Fuente jiddefendi lil Unai Simon

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ Spanja lagħbu kontra Ċipru, il-kowċ Luis de la Fuente tkellem dwar il-gowlkiper tiegħu Unai Simon u l-iżball li għamel fil-logħba kontra Georgia li t-tim tiegħu rebaħ bl-iskor ta’ 7-1.

De la Fuente qal li żbalji bħal dawn huma normali u kkritika lill-partitarji li minflok jaraw rebħa ta’ 7-1, joqogħdu jfittxu x-xagħra fl-għaġina.

Il-kowċ Spanjol tenna l-fiduċja f’Simon anzi qal li jinsab ixxurtjajt li għandu gowlkipers oħra ta’ stoffa bħal David Raya u Kepa Arrizabalaga.

Ekonomija

Sport