Il-midfielder Kolumbjan, Luis Riascos, illum mistenni jagħmel id-debutt għal Birżebbuġa St Peter’s kontra Zabbar St Patrick wara li ġie akkwistat fil-jiem li għaddew.
Riascos, li wasal f’Malta fl-istaġun 2019/20, lagħab ma’ Sta Lucia, Senglea Athletic, Mosta u fl-aħħar erba’ staġuni lagħab ma’ Gzira United fil-Kampjonat Premier.




