Monday, May 13, 2024

Ma jridux jagħmlulha operazzjoni għax m’għandhiex ID

- Fr Raymond Portelli jappella għal għajnuna

Aqra wkoll

“Għandha bżonn operazzjoni urġenti. Marret l-Isptar u qalulha li ma jistgħux joperawha għax ma għandhiex karta tal-Identità,” hekk kiteb Fr Raymond Portelli, Missjunarju Għawdxi.

Fr Portelli jappella lil poplu Malti u Għawdxi biex jgħinu lil din il-persuna tant fil-bżonn. Jikteb li dan hu każ partikolari hekk kif ilbieraħ omm ta’ 51 sena marret għandu b’diabetic foot, necrotic veru b’kundizzjoni ħażina.

Jgħid li marret għandu minn raħal ‘il bogħod tal-Amazon. “L-isptar tal-Gvern ma aċċettax li jgħinha għax ma għandiex ID. Bħalissa qiegħda fl-isptar tal-parroċċa u qed nippreparaw għal operazzjoni. B’kollox se tiġi tiswa 2,000 ewro,” kiteb Fr Portelli.

Jgħid li l-ispejjeż huma kbar iżda bħala missjunarju ma jistax ma jgħinx lil din l-omm.

Għalhekk minn jista’ jibgħat donazzjoni jista’ jagħmel dan b’revolut 99556375 jew BOV account 124 1717 3013.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport