Saturday, May 4, 2024

“Ma nistax niġi pparagunat ma’ Messi jew Ronaldo” – Kylian Mbappe

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe sostna li ma jappartjenix fl-istess grupp ta’ Lionel Messi u Cristiano Ronaldo.

Mbappe, li għen lil Franza jirbħu t-Tazza tad-Dinja fl-2018, ilu jitqies bħala l-eredi tat-tron taż-żewġ veterani, li llum għandhom 34 u 36 sena rispettivament.

F’lejla meta Messi rebaħ is-seba’ Ballun tad-Deheb tiegħu, Mbappe spiċċa fid-disa’ pożizzjoni, u l-player ta’ 22 sena jħoss li għandu ħafna xogħol quddiemu biex jilħaq il-livelli taż-żewġ players leġġendarji.

Meta tkellem qabel ma ppreżenta lill-captain tat-team tan-nisa ta’ Barcelona Alexia Putellas it-trofew tal-Ballun tad-Deheb Feminilli, Mbappe qal li : “Huwa ta’ pjaċir għalija li niġi pparagunat ma’ dawn iż-żewġ players imma jien mhux bħal Messi u Ronaldo. Rebħu ħafna unuri, huma leġġendi.”

“Jien xortija tajba li nilgħab ma’ Leo u nitgħallem mingħandu ta’ kuljum. Huwa kburi li jkolli ismi ħdejn tagħhom biss.”

Mbappe, li għadu marbut ma’ Real Madrid, skorja disa’ goals u pprovda 10 assists mid-19-il partita li beda fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

Sport