Friday, April 19, 2024

“Ma nistax nirringrazzjahom biżżejjed, salvawli ħajti”; Boris Johnson jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson irringrazzja lill-ħaddiema mediċi kollha tal-isptar f’Londra fejn kien qed jirċievi kura mill-Covid-19.

“Ma nistax nirringrazzjahom biżżejjed. Salvawli ħajti,” qal Johnson fi stqarrija li għamel tard ilbieraħ.

Johnson, li għandu 55 sena, iddaħħal l-isptar nhar il-Ħadd li għadda u qatta’ tlett ijiem fit-taqsima tal-kura intensiva.

Is-Segretarju Brittaniku għall-Affarijiet Barranin, Dominic Raab, qed imexxi l-Gvern Ingliż, b’konsulenti ta’ Johnson jisħqu li dan jaf idum sa xahar ieħor ma jirritorna lura fit-tmun tal-pajjiż biex ikun jista’ jirkupra saħħtu sew.

Sport