Raġel ta’ 35 sena mill-Maċedonja… mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m, quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Dan wara li nhar il-Ġimgħa, għall-ħabta tad-9:00 p.m, waqt li l-Pulizija kienet qed twettaq sorveljanza fl-akwati ta’ San Ġiljan b’rabta ma’ dan il-każ, is-suspettat intlemaħ fi Triq il-Wilġa, fejn ġie arrestat immedjatament.
Huwa ttieħed l-Għassa u minn tfittxija li saret fuqu nstabu madwar 62 qartas allegatament droga kokaina. Minn iżjed tfittxijiet li saru fir-residenza tiegħu f’San Pawl il-Baħar u fil-vettura tiegħu, ġew elevati iżjed oġġetti relatati mad-droga