Saturday, May 18, 2024

MAFA: Il-leaders Attard Edex Kings miżmuma minn Hamrun Amateurs

Aqra wkoll

Hamrun Amateurs komplew bil-wirjiet pożittivi tagħhom hekk kif żammew fi draw ta’ 1-1 lil-leaders tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni tal-MAFA Attard Edex Kings.

Kienet logħba ferm interessanti bejn l-ewwel u l-aħħar tim fil-klassifika.

Attard ippruvaw jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika filwaqt li riedu jieħdu l-kmand tal-logħba f’idejhom.

Madankollu, Hamrun kellhom ideat oħra hekk kif bdew itellgħu kontrattakki perikolużi u setgħu saħansitra rebħu din il-partita.

Kienu proprju Ħamrun li marru minn fuq permezz ta’ Nicolas Esteban Mogollon Soto wara biss żewġ minuti logħob sabiex l-ewwel taqsima għalqet 1-0 favurihom.

Fit-tieni taqsima, Attard ħarġu tajjeb u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs mas-siegħa logħob permezz ta’ Miguel Angel Alev.

Attard tilfu ċ-ċans li jiksbu r-rebħa meta fallew penalty wara li Enzo Sebastian ra lill-keeper Ħamruniż Santiago Salicas jilqa’ tajjeb.

Referee kien Lorry Sammut.

B’dan ir-riżultat approfittaw Għaxaq Wolves li issa jinsabu biss punt wara l-istess Attard Edex Kings meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Fgura Spartans 3-0.

Għaxaq kienu determinati li jirritornaw għar-rebħ wara d-draw kontra Ħamrun il-ġimgħa l-oħra.

Huma marru minn fuq wara 16-il minuta logħob permezz ta’ Oliver Grixti, bl-istess plejer li rdoppja l-iskor fil-51 minuta tat-tieni taqsima.

Fis-66 minuta, Marlon Farrugia issiġġilla r-rebħa favur it-tim tiegħu.

Referee kien Darko Stankovic.

Gżira United Sports Club kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li b’gowl uniku ta’ Jason Woodhead għelbu lil Buġibba Club de SWAT.

Il-Gżirjani kienu ġejjin minn telfa xejn mistennija kontra Fgura u għalhekk it-tim immexxi minn Gabriel Mifsud ried ir-rebħa akkost ta’ kollox.

Minkejja kollox, Buġibba Club de SWAT setgħu ġabu l-iskor indaqs li ma kienx għall-goalkeeper ta’ Gżira li salva diversi blalen.

Referee kien Rapjan Xhyra.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI 

Attard Edex Kings 18, Għaxaq Wolves 17, Buġibba Club de SWAT, Gżira United SC 11, Fgura Spartans 8, Ħamrun Amateurs 6 

Sport