Sunday, December 22, 2024

MAFA: San Ġwann Pro Evolution Academy jkomplu javvanzaw wara rebħa fuq iċ-champions

Aqra wkoll

San Ġwann Pro Evolution Academy kisbu rebħa tajba ta’ 4-2 fuq iċ-champions Senglea Gunners sabiex telgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA.

Kienet konfront mill-isbaħ bl-aħħar parti tkun deċiżiva għall-istudenti Franċiżi li kisbu tliet punti li bihom qabżu lill-istess avversarji.

Luca Anclerc poġġa lil San Ġwann minn fuq wara biss sitt minuti sabiex Tristan Perrin irdoppja l-iskor 13-il minuta wara.

Senglea wettqu reazzjoni f’waqtha u naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Anas Souhaile bl-ewwel taqsima tagħlaq 2-1 favur San Ġwann.

Fit-tieni taqsima, it-tim mill-Kottonera wettaq reazzjoni tajba u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Nwankwo Moses li għeleb lill-goalkeeper ta’ San Ġwann.

L-aħħar mumenti kienu deċiżivi għat-tim Franċiż fejn daħal fix-xena l-iskorer prolifiku Lilian Robin li skorja doppjetta u għamel l-iskor finali 4-2 favurihom.

Referee kien Reno Galea.

F’partita oħra ferm emozzjonanti, San Ġiljan Saints u Valletta Stars St Dominic temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2.

Wara li s-Saints marru minn fuq minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, waslet ir-reazzjoni ta’ Valletta li ġabu l-iskor indaqs bil-minuti finali ferm drammatiċi hekk kif iż-żewġ timijiet skorjaw fil-ħin mogħti żejjed mir-referee.

Ethan Goodman poġġa lis-Saints minn fuq sabiex Anthony Sammut Brown għamel l-iskor 1-1.

Minuta wara l-ħin regolamentari Robert Veskimae reġa’ poġġa lil San Ġiljan minn fuq iżda l-Beltin baqgħu jemmnu fir-riżultat u għamluhom 2-2 wara gowl drammatiku ta’ Deisler Azzopardi Conti.

Referee kien Gjorgji Bitri.

Fit-tieni diviżjoni, erba’ timijiet temmew il-konfronti rispettivi tagħhom fi draw ta’ mingħajr gowls hekk kif il-logħbiet bejn Attard Edex Kings u Buġibba Club de SWAT (Referee Peter Abela) kif ukoll Mqabba Albions u Żebbuġ Youngsters (Referee Joy Sanu) ma pproduċew l-ebda gowl.

Dawn ir-riżultati kienu pożittivi biss għaż-żewġ timijiet ta’ quddiem Għaxaq Wolves u Ta’ Ġiorni Wanderers li komplew isaħħu l-pożizzjonijiet fl-ewwel u t-tieni post rispettivament.

Fit-tielet diviżjoni, Ħamrun Amateurs saħħew it-tieni post tal-klassifika wara rebħa ta’ 1-0 kontra Kalkara Flames.

Ma kinitx logħba faċli għall-Amateurs li sabu lil Flames ferm organizzati fid-difiża u kellu jkun gowl uniku skorjat minn Jacob Camilleri fil-55 minuta li tahom it-tliet punti finali.

Referee kien Saviour Brignone.

Naxxar Victorians tilfu ċ-ċans li jkomplu jżommu l-pass ma’ ta’ fuq wara li kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Mosta Vikings.

Il-Victorians kienu sekondi ‘l bogħod milli jitilfu din il-logħba iżda gowl drammatiku tahom iċ-ċans li jieħdu punt minn dan il-konfront.

Chris Cutajar poġġihom minn fuq fit-tmien minuta sabiex Kurt Muscat ġab l-iskor indaqs għal Mosta. L-istess plejer poġġa lil Vikings minn fuq sabiex Dejan Mijailovic skorja l-gowl finali tat-2-2.

Referee kien Orslan Onur.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Swieqi Braves, Balluta Barracudas 11, Valletta St Paul’s 10, San Ġiljan Saints 8, San Ġwann Pro Evolution Academy 7Senglea Gunners, Marsa St Michael, Valletta Stars 6.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 16, Ta’ Ġiorni Wanderers 11, Mqabba Albions 8, Gudja Wanderers, Attard Edex Kings 6, Birkirkara St Joseph, Żebbuġ Youngsters, Buġibba Club de SWAT 5.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħal Far Titans 13, Ħamrun Amateurs 11, Naxxar Victorians 6, Kalkara Flames, Mosta Vikings 2

Ekonomija

Sport