Tuesday, May 5, 2026

Magħrufa l-finalisti tal-Premier tal-futsal

Aqra wkoll

Il-finalisti tal-Premier fil-futsal Malti issa huma magħrufa, hekk kif Luxol St Andrews Futsal u Università ta’ Malta Futsal se jiltaqgħu fil-finali “best of 3” li se tintlagħab fl-aħħar jiem ta’ Mejju.

Fis-semifinali bejn Luxol St Andrews Futsal u Marsaskala Futsal, il-partita bdiet b’ritmu tajjeb mit-tim ta’ Marsaskala li rnexxielhom imorru fil-vantaġġ. Madankollu, il-pressjoni kontinwa ta’ Luxol ħalliet l-effett tagħha, u l-partita spiċċat b’rebħa dominanti ta’ 8-1 favur Luxol. B’hekk, b’żewġ rebħiet fis-semifinali, Luxol ikkonfermaw posthom fil-finali għal darb’oħra.

Fit-tieni semifinali bejn Università ta’ Malta Futsal u Birżebbuġa Futsal, il-konfront kien ferm aktar bilanċjat u intens. It-tim tan-Nofsinhar mar fil-vantaġġ, iżda l-Università rnexxielha ġġib id-draw. Il-logħba kompliet b’intensità kbira, b’Birżebbuġa jerġgħu jmorru fil-vantaġġ, iżda għal darb’oħra l-Università wieġbet u għalqet il-partita bl-iskor ta’ 2-2. Dan ir-riżultat, flimkien mar-rebħa fl-ewwel leg, kien biżżejjed biex jagħti lill-Università post fil-finali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport