Thursday, April 18, 2024

Malta bdiet is-sena l-ġdida wara 22 żona oħra 

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Ewwel tas-Sena huwa avveniment iċċelebrat madwar id-dinja kollha bil-popli b’ottimiżmu jħarsu ‘l quddiem  b’tama ta’ prosperità, paċi u ġid. Li huwa interessanti huwa l-fatt li l-bidu tas-sena l-ġdida, minħabba raġunijiet ġeografiċi, mhuwiex iċċelebrat fl-istess ħin minn kulħadd. Malta flimkien ma’ għadd ta’ pajjiżi Ewropej u oħrajn mill-kontinent Afrikan, il-bidu tal-2023 iċċelebratu wara 22 pajjiżi oħra f’żoni differenti fid-dinja. 

Fil-fatt, minn lista maħruġa mill-“WordTimeZone”, l-ewwel pajjiż li daqq l-ewwel minuta tas-sena 2023 kien Kiribati fil-Christmas Isl u dan seħħ meta l-ħin lokali ta’ Londra kien l-10 ta’ filgħodu lejlietu. Min-naħa l-oħra, l-aħħar pajjiż abitat li uffiċjalment għalaq is-sena 2022 kien il-Polineżija Franċiża ta’ Taħiti (Papeete).

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena jimxu skont żoni ta’ ħinijiet differenti li għandna fil-globu fejn l-ewwel tliet pajjiżi li fetħu x-xampanja għall-2023 wara l-Kiribati, kienu l-gżejjer Chatham fi New Zealand; segwiti minn Wellington Samo (Apia) fi New Zealand u n-Norfolk Island (Kingston) fl-Awstralja. 

Il-pajjiżi li segwewhom kienu diversi minn partijiet fir-Russja, partijiet oħra fl-Awstralja, il-Ġappun, il-Korea, l-Indoneżja u ċ-Ċina. Minħabba l-kobor ta’ dawn il-pajjiżi l-Ewwel tas-Sena fihom kienet differenti għal diversi żoni.

Pajjiżna messu fit-23 post tal-lista biex idawwar il-kalendarju l-ġdid tal-2023. Dan flimkien ma’ fost oħrajn pajjiżi bħal Franza, Ġermanja, Marokk, Serbia, Spanja, l-Italja, l-Olanda, Monaco, Svezja, Svizzera, Gibraltar, ir-Repubblika Ċeka, Danimarka, Alġerija, Angola, Awstria, Belġju, Cameroon, Chad, Congo, Kroazja, l-Ungerija, Liechtensein, Lussemburgu, Niġerja, Norveġja, Polonja, Slovakkja, Slovenja, Tuneżija u l-Belt tal-Vatikan.

Teknikament l-aħħar artijiet fid-dinja li jaraw l-ewwel tlugħ tax-xemx 2023 għalihom huma l-gżejjer Baker u Howland iżda dawn, mhumiex abitati mill-bniedem.

Ekonomija

Sport