Sunday, October 18, 2026
Home Sport Malta b’kontinġent b’saħħtu għall-WPA Blackball World Championships f’Londra

Malta b’kontinġent b’saħħtu għall-WPA Blackball World Championships f’Londra

0
48

Malta se tkun rappreżentata minn l-aqwa plejers lokali fil-WPA Blackball World Championships 2026, li se jsiru bejn l-20 u t-28 ta’ Ottubru fit-Thistle Hotel Heathrow, f’Londra. Il-kompetizzjoni se tlaqqa’ flimkien diversi nazzjonijiet għal wieħed mill-aktar appuntamenti importanti fil-kalendarju internazzjonali tal-blackball.

Malta se jkollha rappreżentanza f’diversi kategoriji. Fit-tim Men’s A, taħt it-tmexxija tal-kowċ Clevion Micallef, se jilagħbu Johan Attard, Miguel Amato, Mevrick Zammit, Clint Azzopardi, Gary Carr, Miguel Mizzi u Clayton Castaldi.

Fil-Hawley Cup Men’s B, Mario Spiteri se jkun player-coach, flimkien ma’ Neil Caruana, Kristen Tanti, Gabriel Vella, Keith Caruana u Philip Farrugia.

Malta se tkun irrappreżentata wkoll fil-kategoriji taż-żgħażagħ. It-tim U23 se jkun immexxi minn Duncan Edwards u jinkludi lil Chaylon Castaldi, Matthias Debono u Casdy Vella. Fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena, il-kowċ Robert Attard se jmexxi lil Jake Castaldi, Dielyn Edwards u Denzel Falzon.

Il-parteċipazzjoni f’Londra se tkun opportunità importanti għall-plejers Maltin biex jikkompetu kontra avversarji internazzjonali u jtajru l-bandiera Maltija fuq il-palk dinji tal-blackball.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here