Id-delegazzjoni Maltija telqet lejn Londra biex tirrappreżenta lil pajjiżna fil-WPA Blackball World Championships 2026, li se jsiru bejn l-20 u t-28 ta’ Ottubru fit-Thistle Hotel Heathrow.
Malta se tkun rappreżentata minn delegazzjoni ta’ 25 atleta u uffiċjal, bil-plejers Maltin jikkompetu f’erba’ kategoriji: Men’s A, Men’s B, Under 23 u Under 18.
Wara xhur ta’ taħriġ, preparazzjoni u impenn, il-plejers Maltin jinsabu lesti biex jikkompetu kontra wħud mill-aqwa talenti internazzjonali tal-blackball u jġorru l-bandiera Maltija bi kburija.
Il-Malta Blackball Pool Federation awgurat l-aqwa xewqat lill-plejers u lill-uffiċjali kollha għal din l-esperjenza importanti.




