Tuesday, June 30, 2026

Malta lesta għall-EuroHockey Championship Qualifiers II f’Helsinki

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey tal-irġiel jinsab lest biex jipparteċipa fil-EuroHockey Championship Qualifiers II 2026, li se jsiru f’Helsinki, il-Finlandja, bejn id-9 u t-12 ta’ Lulju.

Malta se tkun parti minn Grupp B flimkien mal-Finlandja, il-Greċja u Ġibiltà, fejn kull partita se tkun kruċjali fit-tellieqa għal post fl-ogħla postijiet tal-kompetizzjoni.

L-ewwel impenn tat-tim Malti se jkun nhar id-9 ta’ Lulju kontra l-Greċja, qabel ma jiltaqa’ mat-tim ospitu l-Finlandja fl-10 ta’ Lulju. Il-fażi tal-grupp tintemm fil-11 ta’ Lulju b’konfront kontra Ġibiltà.

Skont il-pożizzjoni finali fil-grupp, Malta mbagħad tilgħab waħda mill-partiti ta’ klassifikazzjoni fit-12 ta’ Lulju, li jistgħu jkunu għall-ħames u s-sitt post, għat-tielet u r-raba’ post, jew inkella l-finali jekk ttemm fl-ewwel post tal-grupp.

Din il-kompetizzjoni tirrappreżenta opportunità importanti għat-tim Malti biex ikejjel il-livell tiegħu kontra avversarji Ewropej u jkompli jsaħħaħ il-progress tal-hockey Malti fix-xena internazzjonali. Il-plejers Maltin se jkunu determinati li jkollhom wirjiet pożittivi u jirrappreżentaw lil pajjiż bl-aħjar mod possibbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport