Tuesday, June 30, 2026

Viva Malta tikklassifika fit-tielet post fit-73 edizzjoni tat-tellieqa Loro Piana Giraglia

Aqra wkoll

Viva Malta, it-Tim Nazzjonali tal-Ibburdjar Offshore ta’ Malta, li qed jikkompeti fuq jot Cookson 50, kompla bl-impenji internazzjonali tiegħu fit-73 edizzjoni tat-tellieqa Loro Piana Giraglia fejn kiseb it-tielet post fil-Klassi ORC O.

It-tim, immexxi mill co-skippers Andrew Agius Delicata u Nicky Sammut, bil-Boat Captain Ramon Sant Hill, u l-ekwipaġġ Matthew Agius Delicata, Kevin Anastasi, Sean Borg, Luke Camenzuli, Christian Fenech, Daniel Fenech, Matthew Gabriele, Alex Gauci u Patrick Genovese, affronta tellieqa oħra offshore fil-Mediterran b’kundizzjonijiet diffiċli.

Il-Giraglia hija magħrufa għall-kundizzjonijiet imprevedibbli tagħha u għal flotta kompetittiva, u għalhekk ir-riżultat fil-klassi huwa kisba soda għat-tim. Il-prestazzjoni ta’ Viva Malta tirrifletti xhur ta’ preparazzjoni u l-koeżjoni li żviluppat bejn il-membri tal-ekwipaġġ.

“L-atmosfera matul it-tellieqa kollha kienet bla paragun, u t-tim ingħaqad mhux biss bħala baħħara iżda wkoll bħala ħbieb. Ma nistax nesprimi kemm jien grat li kelli l-opportunità nbaħħar ma’ kull persuna abbord, u kieku kelli nerġa’ nagħmel kollox mill-ġdid, ma nbiddel xejn. Nistennew b’ħerqa ħafna aktar opportunitajieti ta’ dan it-tip,” irrimarka l-ko-skipper Andrew Agius Delicata.

It-tim issa jdur l-attenzjoni tiegħu lejn it-tellieqa Palermo to Monte Carlo, skedata bejn it-18 u t-23 ta’ Awwissu.

It-tim Viva Malta huwa appoġġjat minn Sport Malta, il-Malta Sailing Federation u Yachting Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport