Tliet timijiet Maltin tal-mountain bike jinsabu lesti biex jikkompetu fl-Andorra Epic, tellieqa li toffri sfida qawwija mifruxa fuq erbat ijiem, li tibda fit-2 ta’ Lulju.
Team Gaudos, Maltese Riders u Team Ġebel u Blat għandhom quddiemhom 204 kilometru ta’ mogħdijiet muntanjużi fil-Pirinej, f’La Massana, b’6,500 metru ta’ tlugħ u 7,500 metru ta’ nżul, mifruxin fuq erba’ stadji ta’ kompetizzjoni f’altitudni għolja.
Team Gaudos: Stephen Grima u Diana Muscat
Team Gaudos jara lil Stephen Grima – ċiklist b’esperjenza fl-Epic Series, , jingħaqad ma’ Diana Muscat, li se tkun qed tagħmel id-debutt tagħha fit-tlielaq tal-mountain bike fuq stadji. Muscat hija ċiklista ta’ esperjenza fil-cross-country u ċ-Champion Nazzjonali attwali, b’rebħiet konsekuttivi fis-serje lokali tal-Cross Country. Grima jġib miegħu esperjenza fit-tlielaq u diversi kisbiet fuq il-podju f’kompetizzjonijiet lokali, kif ukoll l-Istatus ta’ Epic Legend – kisba riservata għal parteċipanti li jtemmu tliet tlielaq Epic differenti.
“Kuntent ħafna nara lil Diana Muscat tagħmel il-pass lejn dawn it-tip ta’ tlielaq – huwa sodisfaċenti li nressqu ċiklisti lejn din l-arena u tarahom jilqgħu l-isfida. Għamilt l-istess ma’ Brandon Sultana sentejn ilu meta ħadna sehem fl-Swiss Epic fl-2024, u issa jinsab viċin li jsir Epic Legend hu ukoll,” qal Grima.
Team Gaudos huwa appoġġjat minn Extra Karte, Visit Malta, SG Woodworks Ltd, Raico, National Gypsum Limited Malta, Wurth Malta, Pitre Hardware, Lourdes Opticians, JV Pharma, A. Caruana Enterprises Ltd u Xlendi Supermarket.
Maltese Riders: Jeffrey Borg u Antoine Sultana
It-tim Maltese Riders se jkun qed jieħu sehem għall-ewwel darba fl-Epic Series. Jeffrey Borg u Antoine Sultana tħarrġu flimkien matul l-aħħar sena u ttestjaw is-sinerġija tagħhom permezz ta’ maratoni tal-MTB fi Sqallija u numru ta’ granfondos fit-triq. It-tnejn jaqsmu passjoni għat-tlielaq fuq stadji u għat-terren tal-mountain biking, b’Sultana jispikka bħala ċiklist partikolarment b’saħħtu u li kapaċi jimmotiva.
“L-għan tagħna hi li nispiċċaw b’saħħitna u ngawdu l-esperjenza,” qal Borg, li se jkun qed jikkompeti fit-tieni tellieqa tiegħu tal-mountain bike fuq stadji. Filwaqt li Sultana għandu aktar esperjenza, il-koppja għandhom approċċ simili. “Se nfasslu r-ritmu tal-erbat ijiem skont is-saħħiet individwali tagħna u naraw kif immorru minn jum għall-ieħor,” spjega Borg. L-irkuprar bejn l-istadji se jkun kruċjali biex jamministraw l-isforz ta’ erbat ijiem mingħajr ma jisfurzawiżżejjed fl-ewwel stadji.
It-tim huwa appoġġjat minn 3CMalta, Medical Care Malta u Visit Malta.
Team Ġebel u Blat: Andrew Caruana u Brandon Sultana
Andrew Caruana u Brandon Sultana ilhom jitħarrġu u jikkompetu flimkien għal diversi snin. Filwaqt li din hija l-ewwel ħarġa tagħhom bħala tim uffiċjali, Brandon għandu esperjenza sostanzjali fl-Epic Series, wara li lesta l-Cape Epic darbtejn u l-Swiss Epic. Meta jlesti l-Andorra Epic, l-għan tiegħu huli jirritorna bit-titlu ta’ Epic Legend.
Il-koppja ħatfet l-opportunità li tikkompeti f’Andorra wara li rrikonoxxiet li t-tnejn kienu f’forma eċċellenti u preparati tajjeb għall-isfida. “Huwa prestiġjuż li tikkompeti f’dan il-livell,” spjega Caruana. “Li sempliċiment tispiċċa huwa għan fih innifsu, iżda aħna dejjem nimmiraw għall-aħjar pożizzjoni possibbli.”
It-tlajja iebsin matul kull stadju jidher li se jkunu l-isfida ewlenija tagħhom. Madankollu, snin ta’ preparazzjoni tpoġġiegħom f’pożizzjoni tajba: Sultana ikkompeta fil-Cape Epic bħala preparazzjoni finali, filwaqt li Caruana ħa sehem fil-Hero Dolomites Marathon.
Għal Caruana, din hija l-ewwel tellieqa tiegħu tal-mountain bike fuq stadji, filwaqt li l-esperjenza ta’ Sultana se tiggwida l-istrateġija tagħhom fir-ritmu. “Trid tisma’ lil ġismek, timmonitorja r-rata tal-qalb u l-qawwa, u tiftakar li għada trid terġa’ tikkompeti,” innutaw. “Il-punt hu li ma tagħtix kollox fl-istadji bikrin.”
It-tim jirringrazzja lil Visit Malta u lil Wheel Wizard għall-appoġġ tagħhom.
L-Isfida quddiemhom
L-Andorra Epic twiegħed test rigoruż ta’ reżistenza u ħila teknika. L-ewwel Stadju (49km, Pal Arinsal) jiftaħ b’korsa tekniku fil-muntanji f’altitudni għolja, li jinkludi sezzjonijiet tal-korsa tat-Tazza tad-Dinja Pal-Arinsal u żewġ inżul alpini. It-tieni Stadju (58km, Canillo) huwa l-aktar jum impenjattiv, u jilħaq 2,350m f’Llac de Pessons qabel jintemm bl-inżul ta’ Beixalís. It-tlielet Stadju (52km, Naturland) jiffoka fuq inżul mir-Refuge de Roca de Pimes permezz ta’ bike park u singletracks naturali. Ir-raba Stadju (45km, La Massana) jintemm b’aktar minn 1,000 metru ta’ inżul kontinwu fuq it-traċċa Commençal.

