Hibernians …….. 0
Birkirkara ……….2
Birkirkara telgħu fil- quċċata tal-klassifika tal-Premier League b’rebħa ta’ 2-0 fuq Hibernians biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.
B’hekk huma taw l-ewwel telfa lill-Pawlisti li sa qabel din l-partita kienu qed jaqsmu l-ewwel post flimkien mal-istess Karkariż, Sliema Wanderers u Hamrun Spartans.
Birkirkara mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom hekk kif mas-suffara inizjali huma ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti resqu viċin iżda Maxuell Maia sab lill-goalkeeper, Hugo Sacco, attent.
Ir-reazzjoni ta’ Hibernians waslet fil-15-il minuta iżda t-tentattiv ta’ Jurgen Degabriele ntemm għoli.
Fit-22 minuta, Bjorn Kristensen seta’ għamel aħjar meta minn azzjoni ta’ corner xeħet għoli minn pożizzjoni ideali.
Fis-36 minuta, id-difensur Alessandro Coppola kien providenzjali għal Birkirkara meta antiċipa fil-ħin lil Federico Falcone milli jagħmel xi forma ta’ ħsara.
Fil-ħin mizjud tal-ewwel taqsima, Sacco wettaq save brillanti fuq Alexander Satariano wara li rċieva mingħand Coppola.
Fit-tieni taqsima, il-logħob kien wieħed bilanċjat iżda, fit-68 minuta, kienu Birkirkara li fetħu l-iskor meta wara clearance qasira mid-difiża Pawlista, kien LEONEL GAITAN li permezz ta’ daqqa ta’ ras xeħet fix-xibka.
Fit-82 minuta, assistejna għal wieħed mill-isbaħ goals meta s-sostitut JUAN SIAFA venven kanunata minn 35 metri bogħod biex sammar il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka, b’Sacco megħlub għal kollox.
Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, Hibernians għamlu xi forma ta’ reazzjoni u l-aktar li resaq viċin kien Kurt Shaw li t-tentattiv tiegħu ġie mċaħħad mil-lasta.
HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 2-Basilio Do Monte de Lima (9-Natha Felicio 80), 5-Kurt Shaw, 8-Khevin Rodrigo Fraga, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (4-Alfred Silas Hamanjoda 70), 20-Federico Falcone (7-Ayrton Attard 80), 21-Alex Bruno De Souza Silva (17-Isaiah Chukunyere 80), 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Higor Gabriel Fernandes Alves – Coach: Branko Nisevic
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Leonel Gaitan, 8-Paul Mbong (99-Juan Siafa Etoha 45), 11-Kurt Zammit (S7-haun Dimech54), 20-Alexander Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia Da Silva (30-Nathan Cross 83) – Coach: Stefano De Angelis
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: L. Gaitan 68, A. Siafa 82 (B)
AMMONITI: B. Kristensen (H), H. Sacco (H), A. Coppola (B)