Thursday, September 3, 2026
Home Sport Malta Premier League: Floriana fil-quċċata u jkomplu jżidu l-problemi għal Gzira United

Malta Premier League: Floriana fil-quċċata u jkomplu jżidu l-problemi għal Gzira United

0
56

Minn Cristian Muscat

FLORIANA…………….. 4

GZIRA UNITED………. 1

Floriana kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Gzira U. biex filwaqt li telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika,  komplew iżidu l-problemi għall-Maroons hekk kif minn erba’ partiti jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fil-21 minuta meta Brooklyn Borg avvanza fil-kaxxa, iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra.

Fit-28 minuta, Floriana heddew meta wara li Carlo Zammit Lonardelli irċieva  u kkontrolla l-ballun, għadda lejn Tomas Gudelj li b’xutt fil-baxx minn qagħda ideali kellu l-ballun devjat f’corner.

Minuta wara, il-Maroons resqu viċin wara li Maxuell Maia żmarka ruħu tajjeb, avvanza fil-kaxxa iżda minn quddiem Picon falla l-mira.

Fis-37 minuta, Floriana fallew ċans li jiftħu l-iskor meta minn azzjoni personali ta’ Tomas Gudelj fejn qabeż żewġ players, ra x-xutt tiegħu jħakkek mal-lasta.

Erba’ minuti wara, De Souza pprova jdur mal-goalkeeper Furjaniż, Martin Picon, iżda mbagħad spara għoli.

Fis-47 minuta, Floriana marru fil-vantaġġ wara li Robert Muric indirizza cross insidjuż fil-kaxxa, u wara taħwida bejn players taż-żewġ timijiet, il-ballun wasal għand TOMAS GUDELJ, li b’lasta prattikament vojta tefa’ ġewwa.

Mas-siegħa logħob, Gzira għamlu l-iskor indaqs meta MAXUELL MAIA approfitta minn żball ta’ Picon u b’xutt mill-ewwel ma ħafirx.

Madankollu, fit-68 minuta, Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ b’xutt sabiħ ta’ CURTIS N’DRI mill-qrib.

Huma komplew jiddomi­naw u fis-76 minuta, komplew ikabbru l-iskor meta f’azzjoni maħduma ferm tajjeb, N’dri daħal fil-kaxxa u bi cross fil-baxx sab lil TOMAS GUDELJ li b’xutt mill-viċin għeleb għal kollox lil Colombo għal 3-

Gzira wieġui fit-80 minuta meta Bartolmeu avvanza fil-kaxxa u minn quddiem Picon tefa’ inkredibbilment barra.

Fit-82 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal permezz  ta’ xutt mill-isbaħ mid-distanza ta’ CARLO ZAMMIT LONARDELLI li ma ta l-ebda ċans lil Colombo jsalva.

Il-Greens komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sat-tmiem.

Floriana: Martin Picon, Alexandre De Paula (Myles Beerman 46), Paul Mbong, Kenan Dervisagic (Amar Drina 46), Robert Muric (Stephen Odey 64), Alen Kurtalic (Dunstan Vella 46), Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Tomislav Gudelj, Yassine Jbira (Curtis N’dri 46)  – Coach: Daniel Portela

Gzira U.: Edoardo Colombo, Albion Pilana, Gabriel Mentz Bohrer, Deacon Abela, Gabriel De Souza (Djadjo Dinis 70), Brooklyn Borg (Leonardo Farias 64), Maxuell Maia (Antiago De Flavia 86), Dejan Farrugia (Joao Victor De Souza 70), Filipe Maio, David Xuereb, Francisco De Morais  – Coach: Darren Abdilla

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Daniel Portelli

Skorers: T. Gudelj 48, 76, N. Curtis 68, C. Zammit Lonardelli 82 (F), M. Maia 60 (GU)

Ammoniti: K. De Paula, A. Kurtalic (F), D. Abela, L. G. De Souza (GU)

Player tal-Logħba: Tomislav Gudelj (Floriana)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here