Wednesday, September 2, 2026
Home Sport Malta Premier League: Valletta jegħlbu lil Hibernians b’goal f’kull taqsima

Malta Premier League: Valletta jegħlbu lil Hibernians b’goal f’kull taqsima

0
47
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Hibernians……….. 0

Valletta……………. 2

Valletta telgħu fl-ewwel post tal-klassifika, flimkien ma’ Mosta, meta għelbu lil Hibernians b’goal f’kull taqsima.

Il-Beltin kellhom bidu mill-aqwa hekk kif wara biss tliet minuti huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, EMMANUEL MOISE MBENDE kellu d-daqqa ta’ ras tiġi salvata parzjalment mill-goalkeeper, Matteo Cardinali, biex mir-rebound, l-istess Mbende tefa’ ġewwa, u lill-partitarji numerużi Beltin f’dellirju ta’ ferħ, bir-referee Matthew De Gabriele jikkonferma dan il-goal wara li kkonsulta l-FVS.

Hibernians wettqu reaz­zjoni mmedjata u fis-sitt mi­nuta kienu ferm sfortunati li ma kisbux id-draw meta free-kick mogħti minn Fa­bian Jankovic ħabat ma’ pla­y­er ta’ Valletta qabel stampa mal-wieqfa, bil-Beltin jeħil­suha ħafif.

Il-Vallettani reġgħu ħolqu l-periklu fit-33 minuta meta l-Kroat, Roko Prsa, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza.

Huma komplew jiddomi­naw u fl-40 minuta kellhom ferħa bla temma meta l-player mill-Bosnjan, Emir Bicakcic, mill-viċin tefa’ wara Cardinali, bl-uffiċjal tal-logħba, iżda, wara li kkonsulta l-FVS ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li fl-azzjoni tal-goal, l-istess Bicakcic kien jin­sab f’pożizzjoni ta’ offside.

Fil-ħin mizjud tal-ew­wel taqsima, il-partita waq­fet għal ftit mumenti meta weġġa’ l-midfielder tal-Paw­listi, Alex Sobczyk, biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Ryder Matos Santos Silva.

Sekondi biss mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta resqu viċin li jirduppjaw meta Petar Sekulovic venven xutt qaw­wi biex ġiegħel lil Cardinali jdawwar f’corner biex evita goal ċert.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-51 minuta, Radic kellu x-xutt mid-distanza li ntemm ftit barra.

Il-partita kellha terġa’ tieqaf għal ftit minuti min­ħabba li ntefgħu xi oġġetti fuq il-pitch mill-istands.

Hibernians bdew iżidu fir-ritmu tal-logħob tagħhom u ft-83 minuta, is-sostitut Jur­gen Degabriele fajjar xutt mid-distanza li ġie devjat f’corner. Iżda fl-84 minuta, Valletta ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut BRANDON PAIBER spa­ra mix-xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Cardinali.

Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Romling (Duane Bonnici 72) Kurt Shaw, Fabian Jankovic (Mouad El Fanis 64), Joseph Essien Mbong, Jonathan Wahling (Joy Mickels 64), Bjorn Kristensen, Justin N’Zi, Leandro Lautaro Lacunza, Jayden Roe (Jurgen Degabriele 72), Alex Sobczyk (Ryder Matos Santos Silva 49)   – Coach: Tugberk Tanrivermis

Valletta: Adilson Maringa, Matthias Ellul (Ignacio Manuel Morello 93), Ermin Bicakic, Andrea Zammit (Keyon Ewurum 69), Jake Azzopardi, Diogo Tavares (Neil Anthony Micallef 93), Roko Prsa (Brandon Paiber 82), Petar Sekulovic, Emmanuel Mosie Mbende, Sava Radic, Thalor Aldama   – Coach: Thane Micallef

Referee: Matthew De Gabriele

assistenti: Mitchell Scerri, David Castillo

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorers: E. M. Mbende 3, B. Paiber 84 (V)

Ammoniti: J. N’Zi (H)

Player tal-Logħba: Mattias Ellul (Valletta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here