Saturday, September 5, 2026
Home Sport Malta Premier League: Il-pressjoni fuq Sliema Wanderers kontra Birkirkara

Malta Premier League: Il-pressjoni fuq Sliema Wanderers kontra Birkirkara

0
50
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Bejn illum u għada tissokta r-raba’ ġurnata tal-Malta Premier League wara li nhar l-Erbgħa li għadda, Floriana u Valletta ħarġu rebbieħa meta għelbu lil Gzira United (4-1) u lil Hibernians (2-0) rispettivament.

Sliema W. v Birkirkara – Bla dubju, din il-partita hija l-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa bejn żewġ timijiet li f’dan il-Millenju qed jitqiesu bħala żewġ ġganti tal-football domestiku.

Il-pressjoni tinsab kol­lha fuq Sliema Wanderers minħabba li ma jaffordjawx iwaqqgħu aktar punti jekk iridu jżommu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuq.

Huma ġejjin minn reb­ħa fuq Birżebbuġa St Peter’s  (2-1) wara żewġ telfiet iden­tiċi ta’ 2-0 kontra Hibernians u Floriana. 

Min-naħa ta’ Birkirkara, ir-rekord tagħhom huma kontra dak ta’ Sliema meta wara żewġ rebħiet, kontra Gzira United (4-0) u Hamrun Spartans (1-0), huma sfaw megħluba minn Mosta bl-iskor ta’ 1-0.

Jekk il-Karkariżi jirbħu, jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti iżda jekk il-Wanderers jir­b­ħu … jilħqu lill-istess Stripes.

Balzan v Birżebbuġa SP – Balzan jaffrontaw lil Birżebbuġa St Peter’s b’dawn tal-aħħar jimmiraw li jiktbu l-istorja billi jiksbu l-ewwel punt fl-ogħla diviżjoni.

Huma jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika, bla punt, flim­kien ma’ Gzira United.

Rebħa għal Balzan tpoġ­ġihom seba’ punti fuq iż- żona l-ħamra iżda rebħa għal Birżebbuġa tiftaħ it-taqtiegħa għas-salvazzjoni.

Marsaxlokk v Mosta – Dan għandu jkun konfront mill-aktar interessanti … bejn żewġ timijiet li, flim­kien ma’ Floriana, għadhom ma ġewx megħluba.

Filwaqt li Mosta huma l-uniku team li għandu punti massimi minn tliet partiti, ix-Xlukkajri fallew żewġ punti fid-draw ta’ 1-1 kontra Balzan.

Iżda mbagħad huma għelbu lil Hibernians (1-0) u lil Valletta (2-1) rispettivament.

Bħalissa, Mosta huma l-aktar team konsistenti u bħal donnu qabad ritmu tajjeb għal kuntrarju tal-istaġun li għadda minħabba li kien fix-xifer li jiġi relegat.

Peró, f’dan l-istaġun il- Mostin huma team trasformat. 

Zabbar SP v Hamrun S. – Din hija partita delikata għal Hamrun Spartans fi sta­ġun li fih kellhom bidu mill-aktar diżappuntanti hekk kif minn tliet partiti kisbu punt wieħed biss fid-draw ta’ 1-1 kontra Floriana wara ż-żewġ telfiet kontra Mosta (2-0) u Birkirkara (1-0).

Zabbar St Patrick għandhom erba’ punti u filwaqt li jimmiraw għal pożizzjoni aktar komda fil-klassifika, ikomplu jkabbru l-problemi lill-istess Spartans li f’dan l-istaġun huma biss id-dell ta’ dawn l-aħħar snin bir- rebħ ta’ bosta unuri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here