Saturday, October 31, 2026
Home Sport Malta Premier League: Mosta umiljati minn Zabbar St Patrick

Malta Premier League: Mosta umiljati minn Zabbar St Patrick

0
56
File photo: Mark Mangion

ZABBAR ST PATRICK……. 5

MOSTA………………………. 0

Zabbar St Patrick komplew jikkonfermaw il-forma tajba li jinsabu għaddejjin minnha meta kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5-0 kontra Mosta.

It-team immexxi minn Adolfo Sormani kien super­juri, speċjalment fit-tieni taqsima, fejn skorja erba’ goals biex kiseb tliet punti im­portanti.

B’din it-telfa issa Mosta fallew iċ-ċans li fit-tieni round ta’ din l-Ewwel Fażi jilagħbu fit-Top Six wara bidu ferm tajjeb.

Mosta bdew il-partita taj­jeb u kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta, meta Prince Afiriye pprova xutt mid-distanza li mar barra. Zabbar St Patrick wieġbu minuta wara permezz ta’ Kaiden Fenech, li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda qabel Akpan iddevja l-ballun f’corner.

Fit-tmien minuta, Mosta reġgħu kienu perikolużi permezz ta’ cross ta’ Pedro da Silva Barbosa, iżda d-difiża Żabbarija rnexxielha tikklerja t-tentattiv ta’ Nevin Portelli. Min-naħa l-oħra, Jovicic kellu opportunità tajba wara kontrattakk, iżda Akpan salva x-xutt tiegħu.

Wara diversi tentattivi miż-żewġ naħat, Zabbar St Patrick fetħu l-iskor fil-31 minuta meta VINICIUS MENDONCA rċieva mingħand Kaiden Fenech u għeleb lil Akpan b’xutt baxx u angolat.

It-tieni taqsima bdiet bl- aħjar mod għat-team ta’ Sormani, li rdoppja fit-48 minuta permezz ta’ Kaiden Fenech, li skorja b’xutt b’saħ­ħtu. Ħames minuti wara, Alfredo Agyeman għamilhom 3-0 wara li daħal fil-kaxxa u għeleb lil Akpan b’xutt fil-baxx.

Mosta ppruvaw inaqqsu d-distakk, iżda Zabbar baqgħu fil-kontroll. Fit-66 minuta, is-sostitut Mario Fontanella żied ir-raba’ goal b’xutt imkaxkar wara li daħal fil-kaxxa.

Sitt minuti wara wasal ukoll il-ħames goal meta Charles M’Mombwa approfitta minn pass żbaljat tal-goalkeeper Akpan, qabeż difensur u tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-86 minuta, Mosta kel­lhom opportunità permezz ta’ Ezeijofor, iżda Moho­rovic salva tajjeb. B’din ir-rebħa kbira, Zabbar St Patrick komplew bil-mixja pożittiva tagħhom, filwaqt li Mosta ħarġu mill-konfront b’telfa umiljanti.

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Shelom Magri, Joao Henrique Camargo Mafra, Milos Jovicic (Nicolas Francisco Lancioni 57), Pah Franck Gouhon (Charles M’Mombwa 46), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Mendonca Santa Rosa (Mario Fontanella 62), Alfredo Agyeman (Thomas Melill 75), Kaiden Fenech (Nicholas Agius 75) – Coach: Adolfo Sormani

Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo (Bradley Farrugia 70), Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Prince Afriyie (Peter Nnaemeka Ohaka 70), Charles Yemi Oderinde (Oscar Kenechi Ezejofior 46), Nathan Cross, Pedro Paulo Da Silva Barbosa (Lydon Calleja Attard 70), Geoffrey Acheampong, Thiago Espindola De Paula (Ryan Debono 70)  – Coach: Joe Grech

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: Duncan Spencer, Max Lee Muscat

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: V. Mendonca Santa Rosa 31, K. Fenech 48, A. Agyeman 53, M. Fontanella 66, C. M’Mombwa 72 (ZSP)

Ammoniti: Z. Leonardi (ZSP)

Player tal-Logħba: Kaiden Fe­nech (Zabbar SP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here