Saturday, May 4, 2024

Malta tfakkar it-43 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien

Aqra wkoll

Malta llum qed tfakkar it-43 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien, il-festa nazzjonali li tfakkar il-31 ta’ Marzu 1979, ġurnata li mmarkat il-ħelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-istorja tagħna. F’dan il-jum tidwi l-għajta ta’ ‘Malta Ħielsa’  –  Kisba ta’ nazzjon li dejjem emmen fih innifsu u qatt ma beża’ jimxi ‘l quddiem.  

Dalgħodu saret ċerimonja kommemorattiva li bdiet b’marċ fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla, għadda minn Triq San Lawrenz, Birgu, sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu.

Wara waslet il-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-monument tal-Ħelsien, segwit mill-wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati.

Il-President ta’ Malta George Vella spezzjona l-Gwardja tal-Unur. Wara dan, flimkien mal-Ministru Owen Bonnici f’isem il-Gvern Malti u l-Onor David Agius f’isem l-Oppożizzjoni tela’ fuq il-monument fejn indaqq l-Innu tal-Ħelsien, indaqqet l-Fanfarra u sar it-tqegħid tal-bukketti. 

Għall-ħabta tan-12.30p.m., wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, tibda r-Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta’ SportMalta. 

Sport