Wednesday, July 24, 2024

Malta tirreġistra rata ta’ inflazzjoni ta’ 3.7% f’Jannar li għadda

Aqra wkoll

Ċifri li ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) urew li r-rata tal-inflazzjoni f’Malta, f’Jannar li għadda kienet ta’ 3.7% li jfisser l-istess meta mqabbla max-xahar ta’ qabel.

L-akbar kontribuzzjoni għar-rata tal-inflazzjoni annwali f’Jannar kienet fl-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku, meta dawn żdiedu b’ 10.1% u l-edukazzjoni b’żieda ta’ 5.6%

Fl-istess rapport intqal l-akbar impatti negattivi fuq l-inflazzjoni annwali ġew irreġistrati fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.38 punti perċentwali), fl-Indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-żraben (-0.04 punti perċentwali) u fl-Indiċi tar-Rikreazzjoni u l-kultura (-0.03 punti perċentwali).

Ekonomija

Sport