Wednesday, July 24, 2024

VisitMalta t’ment: Malta tirbaħ b’żewġ goals f’ħames minuti

Aqra wkoll

Malta ……..……….2

Faroe Islands …..0

F’partita ta’ ħbiberija bħala parti mill-VisitMal­ta Women’s Friendlies, it-team nazzjonali Malti tan-nisa għeleb lil dak ta’ Faroe Islands bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu f’temp ta’ ħames minuti.

Din kienet l-ewwel reb­ħa għal Malta kontra dan il-pajjiż, hekk kif fiż-żewġ konfronti preċedenti, il-Fa­roes ħarġu rebbieħa 2-0 (fl-2011) u 4-2 (fl-2015).

Intant, Malta lagħbet b’sistema tattika ta’ 4-4-2-1 bl-aktar player avvanzata tkun Haley Bugeja. Dan filwaqt li Faroe Islands addottaw sistema ta’ 4-4-2.

Kienu l-Maltin li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Brenda Borg għadda għoli.

Huma komplew jippressaw u fil-25 minuta, Maria Farrugia, kellha xutt ċentrali  salvat mill-goalkeeper, Oluva Joensen.

Minuta biss wara, Haley Bugeja, falliet il-mira minn qagħda ideali.

Fit-33 minuta, il-Faroes wieġbu għall-ew­wel darba permezz ta’ xutt ċentrali mid-distanza ta’ Tora Mohr li ġie salvat mingħajr diffikultá mill-goalkeper, Janice Xuereb.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u minn azzjo­ni ta’ kontrattakk veloċi, fl-44 minuta, Mohr kellha t-tentattiv tagħha minn minn tarf il-kaxxa salvat minn mal-art mill-goalkee­per Maltija.

Fit-53 minuta, il-Faroes ħolqu l-periklu meta  Runa Jacobsen għaddiet tajjeb lejn Heidi Sevdal li iżda sabet lil Xuereb attenta.

Iżda mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-ground, Malta fetħet l-iskor meta minn kontrattakk veloċi, Haley Bugeja, ipprovdiet l-assist lil ALISHIA SULTANA li minn pożizzjoni ideali tefgħet ġewwa.

Fid-59 minuta, il-Maltin irduppjaw l-iskor meta  Maria Farrugia għaddiet tajjeb lejn HALEY BUGEJA li avvanzat fil-kaxxa u b’lob eleganti tefgħet il-ballun fix-xibka.

Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas u l-partita kienet ka­ratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bil-players Maltin komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita mingħajr wisq tbatija.

MALTA: 1-Janice Xuereb, 3-Ann Marie Said, 4-Valentina Rapa (20-Jessica Dimech 82), 5-Stephania Farrugia, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana (18-Yulya Carella 89), 10-Maria Farrugia, 14-Shona Zammit, 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (15-Veronique Mifsud 82), 21-Haley Bugeja (11-Jade Flask 89)- Coach: Ma­nuela Tesse

FAROE IS.: 1-Oluva Joensen, 3-Birita Ryan, 5-Sunniva Willemoes Dal, 6-Heidi Sevdal (11-F. Klementsen 67), 7-Asla Johannesen (14-Mona Rasmusdottir 66), 8-Klajkstein Eydvzor, 15-Torunn Hojgaard Joensen, 17-Tora Mohr, 20-Sara Samson Lahuge, 21-Runa Jacobsen (9-Rebekka Fjallsa Benba­koura 66), 22-Durita Hummeland   – Coach: Signe Pries Andersen

REFEREE: Martina Moli­naro (Italja)

SKORERS: A. Sultana 54, H. Bugeja 59 (M)

AMMONITA: B. Borg (M)

Ekonomija

Sport