Wednesday, July 24, 2024

UEL: Milan jgħaddu għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni leg tan-Knock-Out Play-Offs tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Confe­rence League, saru magħ­rufa t-timijiet li kkwali­fi­kaw għar-round tal-Aħħar 16 rispettiv.   

Rennes v Milan – Min­kejja li Milan sfaw megħluba minn Rennes bl-iskor ta’ 3-2, huma xorta waħda għaddew bl-aggregate ta’ 5-3 wara li fl-ewwel leg kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.

Il-protagonista kien Benjamin Bourigeaud (11, 54 pen, 68 pen) li skorja hat-trick filwaqt li Luka Jovic (22) u Rafel Leao (58) skorjaw għar-Rossoneri.

Sporting Lisbon ukoll avvanzaw għar-round li jmiss meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Servette għal aggregate ta’ 4-2.

Benfica marru għand Toulouse u ġew miżmuma fi draw 0-0 wara li fl-ewwel leg kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Marseille kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Shakhtar Donetsk għal aggregate ta’ 5-3.

Ekonomija

Sport