Thursday, May 7, 2026

Malta titfa’ n-nomina biex il-fortifikazzjonijiet f’pajjiżna jiġu rikonoxxuti mill-UNESCO

Aqra wkoll

Malta wara xhur sħaħ ta’ ħidma u preparazzjoni ppreżentat in-nomina formali biex il-fortifikazzjonijiet jiġu rikonoxxuti bħala Wirt Kulturali Dinji mill-UNESCO.

Kien ftit tax-xhur ilu meta l-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar li pajjiżna qiegħed ilesti n-nomina biex jgħolli l-wirt kulturali ta’ pajjiżna għal livell ieħor.

Fl-aħħar sigħat Malta ressqet b’mod formali d-dossier l-organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda bl-isem “Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann”.

Fin-nomina li ġiet imressqa hemm il-fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir, tal-Port ta’ Marsamxett, il-Linji ta’ Santa Margerita u tal-Kottonera, l-Imdina u ċ-Ċittadella. Fil-lista ta’ Wirt Dinji diġà hemm inkluż il-Belt Valletta.

In-nomina ġiet ippreżentata mill-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO, il-Monsinjur Joe Vella Gauci, flimkien ma’ Mariah Zammit u Dr Anthony Pace bħala parti mid-delegazzjoni Maltija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport