Sunday, November 24, 2024

Maltija u Ungeriż jinżammu arrestati fuq serq ta’ fwejjaħ u nuċċalijiet

Aqra wkoll

Maltija ta’ 25 sena u Ungeriż ta’ 28 sena nżammu arrestati wara li tressqu il-Qorti mixlija li serqu bosta fwejjaħ u nuċċalijiet minn ħwienet differenti fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan u f’Ta’ Sliema.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-investigazzjoni tal-Pulizija bdiet wara li rċivew diversi rapporti fl-Għassa ta’ Sna Ġiljan. Qalet ukoll li l-akkużata, Valentina Schembri waħedha kienet mixlija wkoll li serqet television u kitla minn appartament.

Iż-żewġ akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkkużi miġjuba kontrihom bid-Difiża tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest. It-talba tad-Difiża ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni bir-raġuni li waqt li seħħ l-allegat serq, l-akkużata kienet qed isservi sentenza ta’ probation filwaqt li l-akkużat kien bil-libertà proviżorja.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-Difiża u tal-Prosekuzzjoni, il-Qorti żammet liż-żewġ akkużati arrestati.

Sport