Saturday, November 23, 2024

“Maltin b’qalb kbira”… Istitut tat-tfal se jingħata ikel waqt perjodu ta’ kwarantina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks mexxej tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qasam esperjenza li kellu fl-aħħar sigħat li tikkonferma “kemm hi kbira l-qalb tal-Maltin”.

Delia beda biex jgħid kif ilbieraħ waranofsinhar bagħtitlu messaġġ persuna li tgħinu qatigħ, imma aktar importanti minn hekk, ma tiqafx tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. Qaltlu li kien hemm istitut li kellhom bżonn l-ikel għax inqabdu fi kwarantina.

Delia jgħid kif minkejja li kien waqt laqgħa, bagħat messaġġ lil tliet persuni u li minkejja li l-ewwel tnejn ma wiġbuhx mill-ewwel; aktar tard irriżulta li wieħed jinsab imsiefer u l-ieħor jinsab ma jiflaħx, it-tielet wieħed aċċetta minnufih biex jgħinhom u qallu “Lanqas jekk nitlaq kollox u mmur nixtrilhom u nsajrilhom jien”.

Delia żied jgħid li mingħajr daqq ta’ trombi dan il-persuna aċċetta li jaħseb għal kollox hu sal-14 ta’ Diċembru u l-istess persuni li kienu miegħu fil-laqgħa kif semgħu dwar il-każ offrew li jgħinu wkoll.

Sport