Bħalissa l-iktar plejer li qed ikun fl-aħbarijiet hu l-attakkant internazzjonali Franċiż Christopher Nkunku li jrid jitlaq lil Chelsea sabiex imur jilgħab ma’ xi klabb ieħor li jtih garanzija ta’ futbol regolari.
Il-gazzetti Ingliżi ġabu l-aħbar li Nkunku qed jiġi monitorat minn Manchester United li qed ifittxu attakkant ieħor. Id-diriġenti tar-Red Devils se jiltaqgħu mal-aġent tiegħu sabiex jaslu għal xi forma ta’ ftehim.