Monday, October 12, 2026
Home Sport Manchester City akkużati ta’ ksur ta’ regola oħra wara r-rebħa ta’ 3-0...

Manchester City akkużati ta’ ksur ta’ regola oħra wara r-rebħa ta’ 3-0 fuq Liverpool

0
51

Manchester City jistgħu jiffaċċjaw passi dixxiplinari mill-Premier League wara li allegatament ma ħallewx lill-coach, Enzo Maresca, jagħti intervista lil sezzjoni tal-media wara r-rebħa ta’ 3-0 kontra Liverpool. 

Skont ir-Regola K.207, il-clubss iridu jippermettu lix-xandara tar-radju jintervistaw lill-coach u mill-inqas player prominenti wieħed wara l-logħba. Ksur bħal dan jista’ jwassal għal multa amministrattiva. 

Intant, is-City jinsabu taħt pressjoni wara li nstabu ħatja ta’ ksur tar-regoli finanzjarji fuq disa’ staġuni. Il-club appella mid-deċiżjoni u jinsisti li għandu evidenza li turi l-innoċenza tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here