Saturday, December 28, 2024

Manchester City jistabbilixxu rekord ġdid ta’ rebħ

Aqra wkoll

Manchester City stabbilixxew rekord ġdid tal-club wara r-rebħa tagħhom ta’ 3-1 fil-Premier League barra minn darhom kontra Watford is-Sibt filgħaxija.

Id-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Raheem Sterling fir-raba’ minuta kienet segwita minn żewġ goals brillanti mill-playmaker  Bernardo Silva, li għenu lis-Citizens jiksbu l-11-il rebħa tagħhom tal-istaġun.

Din ir-rebħa kienet il-31 waħda fil-kampjonat għal Man City fl-2021, li rahom jaqbżu r-rekord preċedenti tagħhom ta’ 30 rebħa stabbilit fl-2017 u l-2019.

It-team ta’ Pep Guardiola għad fadal ħames logħbiet f’din is-sena kalendarja – tlieta minnhom huma kontra timijiet li bħalissa jinsabu fin-nofs ta’ isfel tal-klassifika – u għalhekk iċ-champions Ingliżi għandhom ċans kbir li jestendu dan ir-rekord impressjonanti.

Man City issa telgħu fil-quċċata tal-klassifika, punt vantaġġ fuq Liverpool fit-tieni post u żewġ punti fuq Chelsea fit-tielet post, li tilfu 3-2 kontra West Ham United li jisnabu fir-raba’ post nhar is-Sibt wara nofsinhar.

It-Tlieta jmiss partita kontra RB Leipzig fiċ-Champions League għas-Citizens, qabel ma jirritornaw fl-azzjoni fil-Premier League f’darhom kontra Wolverhampton Wanderers fil-11 ta’ Novembru.

Ekonomija

Sport