Thursday, May 9, 2024

Manchester United iduru fuq Christian Pulisic

Aqra wkoll

Manchester United qed jaħdmu kontra l-ħin biex jiffirmaw midfielder hekk kif fallew milli jiffirmaw lill-internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong.

Dan minbarra li fil-jiem li għaddew sfaxxaw in-negozjati mal-Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, minħabba li talab salarju eċċessiv.

Issa xeħtu l-attenzjoni fuq l-Amerikan ta’ Chelsea, Christian Pulisic. Ir-Red Devils iridu jingaġġawh b’self għal dan l-istaġun b’għażla għal kuntratt permanenti.

Minbarra l-United, hemm tliet clubs oħra li qed jiġru wara l-firma ta’ Pulisic. Dawn huma Juventus, Newcastle United u Atletico Madrid.

Iżda filwaqt li Pulisic irid jingħaqad mat-team immexxi minn Erik ten Hag, Chelsea ma jridux ibiegħu lil dan il-player ta’ 25 sena lir-rivali diretti u għaldaqstant lesti biex jinnegozjaw ma’ Juventus jew Atletico.

Wieħed jistenna x’se jkun l-eżitu ta’ dan il-player.

Sport