Manchester United qed jissorveljaw mill-qrib lill-midfielder Arġentin Nico Paz, hekk kif qed jikkunsidraw li jsaħħu l-iskwadra tagħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Il-player ta’ Como, ta’ 22 sena, impressjona bil-wirjiet tiegħu taħt il-coach, Cesc Fabregas, fejn skorja sitt goals u pprovda tmien assists f’14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Paz ġibed l-attenzjoni ta’ diversi clubs Ewropej, fosthom Manchester United, li ilhom isegwuh anki qabel il-konfront Ewropew bejn iż-żewġ timijiet.
Madankollu, ir-Red Devils qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Real Madrid, li għandhom klawsola ta’ xiri lura ta’ €80 miljun, li jistgħu jattivaw fl-2027.
Paz ingħaqad ma’ Como mingħand Real Madrid fl-2024 u s’issa kompla juri l-potenzjal tiegħu fis-Serie A.
L-interess tal-United għadu fi stadju ta’ monitoraġġ, mingħajr ma ġiet ippreżentata offerta uffiċjali.




