Tuesday, May 14, 2024

Manchester United jibqgħu jittamaw li fil-futur għad jakkwistaw lil Frenkie De Jong

Aqra wkoll

Manchester United ma ċedewx għal kollox l-insegwiment fit-tul tagħhom lejn il-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong, li għadu fuq ir-radar tar-Red Devils għat-swieq tat-trasferimenti futuri.

L-ispekulazzjonijiet dwar ċaqliq potenzjali f’Old Trafford għall-player ta’ 25 sena ddominaw it-taħdit dwar is-suq tat-trasferimenti għal ġimgħa wara l-oħra hekk kif Erik ten Hag fittex li jingħaqad mal-ex player tiegħu ma’ Ajax.

In-negozjati ma’ Barcelona kienu diffiċli, iżda Manchester United kienu allegatament qablu dwra ħlas mal-ġganti Katalani fir-reġjun ta’ £72m qabel ma rnexxielhomx jaqblu ma’ termini personali ma’ De Jong.

Sport