Thursday, March 28, 2024

Manchester United jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal John McGinn

Aqra wkoll

Manchester United qed jikkunsidraw jekk jagħmlux offerta fis-sajf għall-midfielder ta’ Aston Villa, John McGinn.

Peressli naqsu milli jagħmlu xi tip ta’ sfida għat-titlu tal-Premier League dan l-istaġun, United inevitabbilment se jkunu fis-suq għall-players ġodda qabel l-istaġun 2022-23.

B’inċertezza fuq diversi midfielders tagħhom, tal-anqas player wieħed mistenni jasal f’Old Trafford li jista’ jagħmel impatt immedjat f’nofs il-ground.

McGinn ġie identifikat bħala żieda potenzjali li impressjona lill-kompatrijotti Skoċċiżi Sir Alex Ferguson u Darren Fletcher, il-manager leġġendarju u d-direttur tekniku tal-club rispettivament.

McGinn huwa rispettat ħafna f’Villa Park, konsegwenza li skorja 15-il goal minn 122 dehra fil-kampjonat mill-wasla tiegħu f’Awwissu 2018.

Madankollu, bil-kuntratt tal-player ta’ 27 sena se jiskadi fl-2024, in-nuqqas li jiġġeddu t-termini jista’ jwassal biex Villa jitolbu somma fir-reġjun ta’ £40m għas-servizzi tiegħu.

Ekonomija

Sport