Manchester United qed jiżnu li jagħmlu offerta għad-difensur ta’ Barcelona, Sergino Dest.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena għamel 57 dehra mal-ġganti Katalani minn mindu ngħaqad magħhom minn Ajax f’Ottubru 2020, inklużi 16-il ħarġa fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun 2021-22.
Madankollu, il-futur ta’ Dest fil-Camp Nou qed jitqiegħed f’dubju, b’Barcelona maħsuba li huma miftuħa għall-bejgħ tal-internazzjonali tal-Istati Uniti biex jiġbru fondi għat-trasferimenti.
Bayern Munich qed jissemmew b’mod qawwi li jistgħu jakkwistaw lill-Amerikan, li jopera wkoll bħala attakkant fuq il-lemin fuq livell ta’ club matul l-istaġun kurrenti.
Madankollu, hemm ukoll interess ġenwin minn Man United, bir-Red Devils maħsuba li huma ħerqana li jġibu difensur fil-club biex jieġu post Aaron Wan-Bissaka.
Offerta fir-reġjun ta’ €30m x’aktarx tiġi aċċettata minn Barcelona, b’Manchester City u Liverpool jingħad ukoll li qed isegwu l-iżviluppi.
Diogo Dalot dan l-aħħar qed ikollu wirjiet tajbin ma’ Man United bħala difensur lemini, fejn lagħab id-90 minuta sħaħ f’kull waħda mill-aħħar tliet logħbiet tat-team tiegħu fil-Premier League.