Monday, December 9, 2024

Manchester United lesti li jbigħu 10 players

Aqra wkoll

Manchester United qed jippjanaw li jbigħu sa 10 players matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

S’issa kien staġun diżappuntanti għall-United hekk kif waqgħu lura fit-taqtiegħa biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. 

Bħalissa, it-team immexxi mill-coach,  Erik ten Hag, jinsab fis-sitt post tal-klassifika tal-Premier League, tliet punti taħt Tottenham Hotspur li jinsabu fil-ħames post u tmien punti ‘l bogħod minn Aston Villa, li qed jokkupaw ir-raba’ post.

Il-partitarji tar-Red Devils jittamaw li l-investiment il-ġdid mill-biljunarju Brittaniku u l-kap tal-Inoes, Sir Jim Ratcliffe, se  jġib lura s-suċċess. 

Players bħal Aaron Wan Bissaka, Christian Eriksen, Victor Lindelof u Facundo Pellistri se jkollhom inqas minn 12-il xahar biex jintemmilhom il-kuntratt u għaldaqstant jistgħu jitneħħew.

Sadanittant, l-attakkant Mason Greenwood, li bħalissa jinsab misluf lill-club Spanjol tal-Liga Getafe, ilu jiġbed l-interess minn Barcelona.

Il-midfielder Casemiro jista’ jkun ukoll fuq il-lista ta’ trasferimenti peress li kien marbut ma’ ċaqliq lejn il-Lvant Nofsani.

Jadon Sancho, Donny van de Beek, Hannibal Mejbri u Alvaro Fernandez, li huma kollha mislufa, jistgħu jintwerew ukoll il-bieb ta’ barra.

Fl-aħħarnett, il-futur tal-attakkant Marcus Rashford huwa inċert wara staġun diżappuntanti u l-United jistgħu jiġu rrappurtati li jitħajru jinfirdu mill-attakkant internazzjonali Ingliż.

Minbarra l-players imsemmija, Raphael Varane, Anthony Martial u Tom Heaton huma kollha lesti li jitilqu meta l-kuntratti tagħhom jintemmu fis-sajf.

Ekonomija

Sport