Saturday, May 4, 2024

Manchester United viċin li jiftiehmu dwar ħlas ma’ Barcelona għat-trasferiment ta’ Frenkie de Jong

Aqra wkoll

Manchester United qed jersqu viċin li jiftiehmu dwar ħlas ma’ Barcelona għat-trasferiment ta’ Frenkie de Jong.

Il-futur tal-player ta’ 25 sena tpoġġa fid-dubju b’mod sinjifikanti matul l-aħħar ġimgħat, minkejja li l-kuntratt tiegħu mal-Blaugrana jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2026.

Il-wasla ta’ Erik ten Hag f’Old Trafford wasslet għal suġġerimenti li da nil-manager jista’ jagġmel kuntatt ma’ De Jong bit-tama li jipperswadih li jingħaqad mar-Red Devils.

Sport