Friday, July 3, 2026

Mandat ta’ arrest għas-suspettat tal-pakkett bomba f’Monaco

Aqra wkoll

Investigazzjoni intensiva wasslet biex il-pulizija identifikat is-suspettat li poġġa l-pakkettbomba f’binja ta’ appartamenti f’Monaco li feriet serjament oligarku multimiljunarju Ukren u żewġ persuni oħra. L-awtoritajiet ta’ Monaco qed iisu dan l-inċident bħala attentat ta’ qtil u mhux bħala attakk terroristiku.

Filwaqt li s-suspettat, li kien liebes kappell iswed, oriġinarjament kien maħsub li kien raġel, il-midja lokali qalet li l-persuna suspettata kienet mara li kienet qed tipprova taħbi l-identità tagħha.

L-uffiċċju tal-prosekutur tal-prinċipat ta’ Monaco ħabbar din il-ġimgħa li nħareġ mandat ta’ arrest kontra s-suspettat, li jingħad li huwa ċittadin barrani li x’aktarx m’għadux f’Monaco. 

Nhar it-Tnejn filgħaxija, persuna dehret fuq filmat ta kamera ta sorveljanza tħalli pakkett fis-sala tad-dħul ta’ blokka ta’ appartamenti f’Monaco. Ftit wara, seħħet splużjoni, li fiha ndarbu tliet persuni hekk kif kienu deħlin fil-bini li jinsab qrib il-fruntiera ta’ Monaco ma’ Franza. Fil-filmat, is-suspettat deher jaħrab lejn il-komun Franċiża ta’ Beausoleil.

Il-prosekutur pubbliku ta’ Monaco, Stéphane Thibault, ma kkummentax dwar l-identita tas-suspettat iżda rringrazzja lill-pulizija ta’ Monaco u ta’ Franza għall-koperazzjoni tagħhom, li ppermettiet li tiġi identifikata fi żmien qasir ħafna il-persuna li wettqet dan l-attakk. 

L-awtoritajiet ta’ Monaco lanqas ma kkonfermaw l-identità tat-tliet vittmi li ndarbu, iżda skont rapporti fil-midja lokali, l-attakk kellu fil-mira tiegħu lil Vadym Yermolaiev, lis-sieħba tiegħu u lil ibnu ta’ 13-il sena.

Yermolaiev, li għandu 58 sena, huwa żviluppatur għani tal-proprjetà li ilu żmien jgħix twil f’Monaco. Huwa ċittadin Ċprijott wara li rrinunzja ċ-ċittadinanza Ukrena tiegħu fl-2019.

Huwa għandu wkoll sehem kbir fin-negozju tal-inbid u l-alkoħol fil-Krimea annessa mar-Russja, u mill-2023 kien is-suġġett ta’ sanzjonijiet imposti fuqu mill-gvern Ukren. Fl-2020 huwa ġie msemmi mir-rivista Forbes bħala d-39 persuna Ukrena l-aktar għani, b’ġidu li jilħaq il-230 miljun dollari.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport