Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa. Dan wara li aktar kmieni kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Vjal il-21 ta’ Settembru fin-Naxxar.
Minn informazzjoni illi kiseb dan is-sit jidher li l-vittma ntlaqtet minn karozza u li minħabba dan l-inċident ingħalqet parti mit-triq
Sa issa l-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa. Aktar dettalji mal-ħin.