Wednesday, April 24, 2024

Mara l-Isptar wara li raġel tilef il-kontroll u ħabat f’karozza pparkjata f’Baħar iċ-Ċagħaq

Aqra wkoll

Mara anzjana sofriet ġrieħi wara ħabta li seħħet aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 p.m f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 49 sena residenti Marsaskala kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Mercedes 200 meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’karozza tal-għamla Opel Astra li kienet ipparkjata. Fl-aħħar karozza kien hemm raġel ta’ 63 sena residenti l-Ħamrun u mara ta’ 86 sena residenti San Ġiljan. Fl-ewwel karozza kien hemm passiġġier raġel ta’ 46 sena residenti Marsaskala. Fl-istess inċident kien hemm żewġ karozzi oħra li sofrew xi ħsarat minimi.

Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lill-mara anzjana sakemm din setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport