Sunday, May 5, 2024

Uffiċjali jaħdmu biex itellgħu l-fdalijiet tal-baqra mill-baħar

Għaddejja investigazzjoni biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-għawwiema

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li sa ftit tal-ħin ilu, il-Forzi Armati flimkien ma’ uffiċjali tal-ERA kienu involuti f’ħidma kollaborattiva biex ineħħu l-fdalijiet tal-baqra li tħalliet bejn Kemmuna u l-bangalows.

L-ERA qiegħda wkoll tagħmel it-testijiet neċessarji biex tassigura li l-baħar ikun jista’ jitgawda mingħajr ebda periklu ta’ konsegwenzi fuq is-saħħa tal-individwi fiż-żona.

1:00 p.m: “Riżultat ta’ xi injorant li tefa’ baqra b’rasha maqtugħa fil-baħar”

Aktar kmieni s-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg xerred filmat hu u jmur fil-baħar ta’ Ħondoq ir-Rummien u jiġbor sample filwaqt li staqsa min hu responsabbli minn dan it-tniġġiż. 

Intant f’reazzjoni li segwiet l-interess tas-Sindku, il-Kunsilliera Valerie Cassar Mejlak qalet li f’ritratti meħudin fl-aħħar ħin jidher ċar minn fejn kien ġej it-tniġġiż. 

“Sfortunatament dan huwa riżultat ta’ xi injorant li tefa’ baqra b’rasha maqtugħa fil-baħar”, saħqet il-Kunsilliera filwaqt li kkonfermat li taf il-lokazzjoni kif ukoll tinsab f’kuntatt ma’ tas-sanità u mal-Pulizija.

Sport