Thursday, December 26, 2024

Mara mmultata wara li kkaġunat l-ikbar inċident fit-Tour de France

Aqra wkoll

Mara Franċiża ġiet immultata €1,200 talli kkawżat inċident kbir fit-Tour de France meta ħarġet fin-nofs ixxejjer kartellun waqt li ċ-ċiklisti kienu fl-azzjoni.

It-tellieqa kien fadlilha 45 kilometru mit-tmiem tal-ewwel stadju meta l-kartellu laqat lill-Ġermaniż Tony Martin. 

Huwa mill-ewwel waqa’ mal-art u wassal biex għexieren ta’ ċiklisti bdew jaqgħu fu xulxin, f’waħda mill-agħar ħabtiet li qatt saru fit-Tour de France. 

Il-mara ta’ 31 sena ġiet ukoll ordnata tħallas multa simbolika ta’ ewro lill-assoċjazzjoni taċ-ċiklisti professjonali ta’ Franza.

L-identità tal-mara, li kienet spettatur f’din l-aqwa tellieqa taċ-ċikliżmu, baqgħet mistura wara li kienet fil-mira ta’ tgħajjir u abbuż fuq is-socila media. 

B’riżultat tal-ħabta, żewġ ċiklisti kellhom joħorġu mit-Tour għal kollox u tmienja oħra ngħataw kura għal ġrieħi li ġarrbu. 

Ekonomija

Sport