Ukren ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar wieġeb ħati quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella. Hu kien akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil martu u beżża’ lilha u lil uliedhom.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma rnexxielha taħrab mir-residenza u marret issib kenn ma’ uliedha f’xelter tat-tfal.
Meta l-Pulizija marru biex jarrestaw lil Ukren huwa ma nstabx f’indirizz tiegħu, iżda nstab fir-residenza ta’ missieru. Id-difiża rreferiet għall-ammissjoni bikrija u l-fedina penali netta tiegħu u talbet għal piena minima.
Il-Maġistrat Nadia Helena Vella poġġietu taħt probation u ordni ta’ trattament għal tlett snin