Sunday, November 24, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi wara waqgħa minn fuq sellum

Aqra wkoll

Mara ta’ 44 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ħrieġi gravi wara li għall-ħabta tat-3.00pm waqgħet fir-residenza tagħha.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Fuxa f’San Ġwann. Skont l-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-mara waqgħet minn fuq sellum u ġiet f’gallerija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Il-vittma ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport