Thursday, December 26, 2024

Mara tammetti li ffrodat lill-kumpanija tal-gaming li taħdem magħha €200,000

Aqra wkoll

Elena Gauci ta’ 35 sena mill-Kalkara ammettiet quddiem il-Qorti li kienet iffrodat lill-kumpanija tal-gaming li taħdem magħha madwar €200,000.

Hija tressqet il-Qorti flimkien ma’ raġel ieħor, iżda l-kawżi tagħhom qed jinstemgħu b’mod separat. Huma ġew akkużati li wettqu l-frodi bejn Ottubru tal-2020 u Frar tal-2021 kif ukoll wettqu atti ta’ ħasil ta’ flus.

Il-mara waħidha kienet akkużata li assoċjat ruħha ma’ persuni biex twettaq dan ir-reat u li żvelat il-passwords tal-kumpanija li kienet taħdem magħha.

B’kollox il-mara wettqet 53 tranżazzjoni. Hija ttrasferiet €206,871 mill-fondi tagħha f’żewġ kontijiet bankarji, €157,069 f’tagħha u €49,802 f’tar-raġel l-ieħor.

Skont dak li ġie ppreżentat il-Qorti, dawn it-tranżazzjonijiet kienet twettaqhom billi tuża ismijiet ta’ klijenti veri imma toħloq tranżazzjoni fittizja fis-sistema biex b’hekk kollox ikun jidher leġittimu.

Il-Kalkariża ammettiet kollox mas-superjuri tagħha li kienet serqet il-fus tal-kumpanija.

Il-Maġistrat Rachel Montebello sabitha ħatja ta’ frodi u kkundannatha sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin. Hija ġie ordnata wkoll li tirrifondi lill-kumpanija l-flus kollha li kienet ħadet.

Ekonomija

Sport