Friday, May 3, 2024

Mara tinqatel fi sparatura f’Liverpool f’Lejliet il-Milied

Aqra wkoll

Mara nqatlet fi sparatura wara li raġel armat fetaħ in-nar f’pub ippakkjat bin-nies lejlet il-Milied f’Wallasey, Merseyside, fil-belt ta’ Liverpool fl-Ingilterra f’dak li kellu jkun żmien ta’ paċi.

Il-mara ta’ 26 sena ttieħdet l-isptar Arrowe Park b’ferita f’rasha konsistenti ma’ ferita ta’ arma tan-nar u mietet ftit wara, qalet il-pulizija ta’ Merseyside. Il-Pulizija ssejħu l-Lighthouse Inn għall-ħabta ta’ 11.50 p.m. wara rapporti li ġew sparati tiri ta’ arma tan-nar.

F’dan l-inċident traġiku, il-mara mhux maħsub li kienet fil-mira tal-aggressur. Hija kienet barra tgawdi l-festi tal-Milied ma’ oħtha u ħabiba tagħha.

Minbarra l-persuna mejta, erba’ rġiel oħra ttieħdu wkoll l-isptar bi ġrieħi ta’ arma tan-nar u għadd ta’ oħrajn weġġgħu f’dan l-inċident. Vittma minnhom, żagħżugħ ta’ 28 sena, jinsab f’qagħda kritika l-isptar.

Il-Pulizija ta’ Merseyside qalet li t-tiri ġew sparati direttament fil-bieb tal-Lighthouse Inn.

Ritratti minn fuq il-post juru għadd ta’ flixken u tazzi tax-xorb li kien fadal fuq l-imwejjed u settijiet tat-televiżjoni li kien għadhom mixgħula ġol-pub hekk kif dawk li kienu ġewwa ħallew kollox warajhom u ħarbu mbeżżgħin minn fuq il-post.

Ġara li semgħet it-tiri qalet li assumiet li l-ħoss tat-tiri kien logħob tan-nar taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied.

Il-Pulizija nediet investigazzjoni dwar qtil wara l-inċident li seħħ kważi f’nofsillejl.

Sport