Sunday, November 24, 2024

Mara tniżżlet minn fuq ajruplan għax kienet fis-sakra

Aqra wkoll

Mara tniżżlet minn fuq l-ajruplan ftit minuti biss qabel it-titjira lejn Santorini minħabba li kienet fis-sakra u taħt l-influwenza qawwija tal-vodka. Hija evitat sentenza ta’ ħabs wara li sostniet li xorbot erba’ grokkijiet vodka doppji biex ittaffi l-ansjetà tat-titjira.

Jessica Chance, ta’ 37 sena, inħarġet mill-ajruplan minn uffiċjali tal-pulizija fl-Ajruport ta’ Manchester. Il-pulizija mmanettjawha biex jevitaw li taħrab minn fuq it-tarmak tal-ajruport wara li rreżistiet l-arrest.

Fil-qorti Jessica Chance qalet li kienet qed tagħmel l-awtomedikazzjoni bl-alkoħol għax ma setgħet tieħu ebda pilloli biex tikkalma l-ansjeta’ tagħha. Hija qalet li t-titjira ħolqitilha sens kbir ta’ biża’ u ansjetà. Chance, minn Crofton, Wakefield, ammettiet l-akkuża li kienet fis-sakra fuq ajruplan.

L-inċident seħħ fil-15 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet wara li hija kienet ibbukkjat vjaġġ lejn il-gżira Griega ta’ Santorini ma’ oħtha.

Il-pulizija ssejħet fit-Terminal wara li hi ppruvat titla’ fuq l-ajruplan għat-titjira lejn Rodi minkejja li kienet ordnata ma titlax talli kienet f’sakra qawwija. Il-qorti semgħet ukoll li Chance tilfet l-impjieg tagħha wara l-inċident.

Kull meta kienet se ssiefer fil-passat, l-imputata kienet tiġi preskritta medikazzjoni mit-tabib tagħha fuq il-bażi li t-titjir joħloq fiha sens akbar ta’ biża’ u ansjetà. Iżda f’din l-okkażjoni t-tabib indikalha li ma baqax joħroġ riċetti għal dik il-kawża partikolari.

Chance għalhekk assumiet li setgħet tixrob xi ħaġa biex tikkalma iżda xejn ma kien disponibbli u għalhekk rrikorriet għall-awtomedikazzjoni billi tixrob ħafna vodka.

Waqt dan l-inċident ma kien hemm l-ebda riskju ta’ sigurtà immedjat għall-passiġġieri l-oħra kkawżat jew maħluq mill-imġieba tagħha.

Chance uriet rimors ġenwin għall-imġieba tagħha u l-Maġistrat li sema l-każ minbarra li kkundannaha erba’ ġimgħat ħabs sospiżi għal 12-il xahar ordnalha li tagħmel 120 siegħa xogħol bla ħlas u tħallas £510 fi spejjeż tal-qorti.

Sport