Tuesday, June 30, 2026

Mara u żewġt itfal l-isptar wara ħabta ‘head on’ fl-Iklin

Aqra wkoll

Mara u żewġt itfal kellhom jiddaħlu l-isptar wara li għall-ħabta tas-1.20pm kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta l-Iklin.

Kelliem għall-Pulizija qalet lil dan is-sit li l-mara, ta’ 43 sena residenti l-Mosta kienet qiegħda ssuq karozza Toyota Vitz u magħha kellha żewġt itfal minuri. 

Għal xi raġuni kellha mpatt ma’ Toyota Hiace li kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassisitu fejn ħadu lil mara u liż-żewġt itfal l-Isptar Mater Dei.

Il-kunidzzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport