Saturday, December 21, 2024

Mark Bezzina jirbaħ it-tiġrija ultra backyard ta’ din is-sena organizzata minn iEndured

Aqra wkoll

Mark Bezzina rebaħ it-tiġrija ultra backyard ta’ din is-sena organizzata minn iEndured wara li ġera total ta’ 187.77km fi 28 siegħa. Kienet rebħa mistħoqqa wara li s-sena l-oħra temm bħala runner-up. Huwa ta wirja mill-aqwa ta’ reżistenza u saħħa mentali, u kein għadu f’forma fiżika mill-aqwa meta rebaħ it-tellieqa. Din l-attività saret is-Sibt 9 ta’ Diċembru f’Zonqor Point, Marsaskala.

It-tieni post ittieħed mill-atleta Messikan, Josè Natera, li ġera b’kollox 181.06km. Pawlu Zammit segwa fit-tielet post b’174.36km.

B’kollox 60 atketa minn 16-il pajjiż ħadu sehem fl-ultra backyard lokali ta’ din is-sena. Il-format arrière-ultra hija tellieqa mingħajr finitura uffiċjali. Tikkonsisti f’linja ta’ 6.7km li tibda kull siegħa.

Dan il-format tat-tlielaq ultra huwa uniku għaliex il-kompetituri jridu jaħdmu flimkien biex jiksbu riżultat aħjar. Il-komunità tal-backyard Maltija qed tikber grazzi għal dan l-avveniment annwali organizzat minn iEndured.

Ekonomija

Sport